• Nhar is-Sibt 7 ta’ Ġunju 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona mexxa ċelebrazzjoni Djoċesana fil-Vġili ta’ Pentekoste. Il-Quddiesa saret fil-Knisja parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid. In-Nunzju Appostoliku, Mons. Aldo Cavalli, u l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna kkonċelebraw. Matul il-Quddiesa sar talb għall-paċi fl-Art Imqaddsa, hekk kif illum il-Papa Franġisku ser ilaqqa’ l-President Palestinjan Mahmoud Abbas u l-President Iżraeljan Shimon Peres fil-Vatikan, għal mument ta’ talb għall-paċi.

  • Ritratti: Photocity
    www.photocitymalta.com