Nhar is-Sibt 20 ta’ Novembru, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ippresieda ċelebrazzjoni għat-tfal fl-okkażjoni tal-festa ta’ Kristu Re, fl-iskola Sta Monika, Birkirkara. Il-programm li ttella’ nkluda kant, żfin, reċti, djalogu, mumenti ta’ talb, logħob u s-sehem tal-kor ta’ Santa Monika Birkirkara mmexxi minn Sr Vania Bonello. Il-mistiedna speċjali kienet Nicole Azzopardi li rebħet il-Junior Eurovision is-sena l-oħra. L-attività ġiet organizzata mit-tfal stess u għaliha ġew mistiedna jattendu t-tfal mill-parroċċi kollha. Is-Sinjura Helen D’Amato, Kummissarju tat-Tfal, kienet preżenti għal din iċ-ċelebrazzjoni.
Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinkisbu mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]