Nhar l-Erbgħa, 3 ta’ Frar, 2010 fis-7.30p.m, fl-okkażjoni tas-sena ddedikata lis-saċerdoti, il-Kulleġġ tal-Kappillani ta xejra differenti lill-funzjoni tal-Kandlora. Fis-Santwarju tal-Ħniena Divina, Naxxar, saret ċelebrazzjoni ta’ talb għas-saċerdoti u l-kappillani. Din kienet tinkludi ċelebrazzjoni ta’ l-Għasar u riflessjonijiet mill-Arċisqof Pawlu Cremona OP. Din il-festa, li fiha ġiet imfakkra il-Preżentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju serviet biex terġa trawwem fis-saċerdot sens ta’ sagriffiċju biex joffri lill-Mulej l-ħidma tiegħu għall-qadi tal-bnedmin kollha. Matul din il-funzjoni, l-kappillani offrew l-impenn u l-ħidma li huma jagħmlu fil-komunitajiet parrokkjali rispettivi tagħhom f’għaqda, imħabba u rispett lejn l-Arċisqof .
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]
Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.