Il-Ħamis 8 ta’ Marzu 2012, ġiet ċċelebrata Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fil-Katidral tal-Imdina fl-okkażjoni tas-60 sena anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tal-Arċisqof Emeritus Ġużeppi Mercieca.

Ma’ Mons. Mercieca kkonċelebraw l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., Mons. Isqof Mario Grech, Mons. Isqof Francis Adeodato Micallef OCD, il-Monsinjuri tal-Kapitlu Metropolitan u għadd sostanzjali ta’ saċerdoti djoċesani u reliġjuzi, fosthom Dun Ġwann Mercieca, hu Mons. Mercieca. Il-kongregazzjoni kienet immexxija mill-President ta’ Malta, Dr George Abela.

AGĦFAS HAWN biex taqra l-omelija tal-Arċisqof Mercieca.


AGĦFAS HAWN biex taqra l-ittra mibgħuta mill-Papa Benedittu XVI għal din l-okkażjoni.


Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]