Il-Kurja tal-Arċisqof qed tippublika l-programm ta’ ċelebrazzjonijiet bi tħejjija għall-Ordinazzjon Episkopali tal-E.T. Mons. Charles J. Scicluna, Isqof Titulari Elett ta’ San Leone u Isqof Awziljari Elett ta’ Malta. Kulħadd hu mistieden li jattendi.
It-Tlieta 20 ta’ Novembru 2012 – Parroċċa San Sebastjan, Ħal Qormi

Tifkira tas-Sagramenti tal-Bidu tal-Ħajja Nisranija

5.30 p.m. Laqgħa mat-tfal tal-parroċċa. Ċelebrazzjoni li fiha jsir it-tiġdid tal-wegħdiet tal-Magħmudija.

6.30 p.m. Quddiesa votiva tal-Ispirtu s-Santu. F’din il-Quddiesa ssir tifkira tal-għoti tas-Sagrament tal-Konfermazzjoni.

L-Erbgħa 21 ta’ Novembru 2012 – Parroċċa ta’ Kristu Salvatur, Lija

Tifkira tas-Sagrament tal-Ordinazzjoni Presbiterali

6.30 p.m. Quddiesa tal-Konsagrazzjoni ta’ Marija lil Alla. F’din il-Quddiesa ssir it-tifkira tal-għoti tas-Sagrament tal-Ordinazzjoni Presbiterali.

.

Il-Ħamis 22 ta’ Novembru 2012 – Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina

6.30 p.m. Pussess tal-E.T. Monsinjur Charles J. Scicluna bħala membru tal-Kapitlu Metropolitan.

6.45 p.m. Velja ta’ talb immexxija mill-E.T. Mons. Pawlu Cremona, Arċisqof ta’ Malta.

Tberik tal-Insinji Episkopali mill-E.T. Mons. Tommaso Caputo, Nunzju Appostoliku.