Matul ix‑xahar ta’ Awwissu l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.
Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:
- Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30 p.m. mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa.
- Kull nhar ta’ Ħadd fid‑9:30 a.m. tiġi ċċelebrata quddiesa fuq TVM2, Facebook u YouTube. Din tiġi mtennija fuq TVM2 fis‑6:30 p.m.
F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑knejjes:
Il‑Ħadd l‑1
ta’ Awwissu, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑festa
ta’ San Duminku, fil‑Bażilika Minuri ta’ Sidtna Marija tal‑Porto Salvo u San Duminku,
il‑Belt Valletta.
It‑Tnejn 2
ta’ Awwissu, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa
li matulha Fra Roberto Calleja OFM Conv se jiġi ordnat djaknu, fil‑Knisja Parrokkjali
tal‑Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija, Burmarrad.
Il‑Ħamis 5 ta’ Awwissu, fis‑5:45 p.m., lejlet il‑festa tas‑Salvatur, Monsinjur Arċisqof imexxi t‑traslazzjoni tar‑relikwa u l‑Ewwel Għasar solenni fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija.
Il‑Ġimgħa 6 ta’ Awwissu, festa tas‑Salvatur, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa pontifikali fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija. Din tixxandar fuq TVM2.
Is‑Sibt 7 ta’
Awwissu, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament
tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Ġorġ
Preca, is‑Swatar.
Il‑Ħadd 8 ta’ Awwissu, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja ta’ San Ġużepp Ħaddiem, ix‑Xemxija. Din tixxandar fuq TVM2. Fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Ġorġ Preca, is‑Swatar.
Is‑Sibt 14 ta’ Awwissu, lejlet is‑Solennità ta’ Santa Marija Mtellgħa s‑Sema, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi t‑traslazzjoni tar‑relikwa u l‑Ewwel Għasar solenni u wara jiċċelebra quddiesa tal‑vġili fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina.
Il‑Ħadd 15 ta’ Awwissu, Solennità ta’ Santa Marija Mtellgħa s‑Sema, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa pontifikali fil‑Bażilika Minuri tal‑Mosta. Din tixxandar fuq TVM2.
Is‑Sibt 21 ta’ Awwissu, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi t‑traslazzjoni tar‑relikwa u l‑Ewwel Għasar, u wara jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja Arċipretali ta’ Stella Maris, Tas‑Sliema. Dakinhar jinawgura wkoll l‑istatwa ta’ Stella Maris wara r‑restawr.
Il‑Ħadd 22 ta’ Awwissu, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja ta’ San Ġużepp Ħaddiem, ix‑Xemxija. Din tixxandar fuq TVM2. Fit‑8:00 p.m., fl‑għeluq tal‑festa ta’ Santa Elena, Monsinjur Arċisqof imexxi r‑ripożizzjoni tar‑relikwa u jagħti l‑barka sagramentali fil‑Bażilika ta’ Santa Elena, Birkirkara.