Matul ix‑xahar ta’ Ġunju, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30 p.m. mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa.
  • Kull nhar ta’ Ħadd fid‑9:30 a.m. tiġi ċċelebrata quddiesa fuq TVM2, Facebook u YouTube. Din tiġi mtennija fuq TVM2 fis‑6:30 p.m.

F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑knejjes:

Il‑Ħadd 6 ta’ Ġunju, fid‑9:30am, Solennità tal‑Ġisem u d‑Demm Għażiż tal‑Mulej (Corpus Christi), Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina u wara jsir mument ta’ talb quddiem is‑Sagrament Imqaddes. Din tixxandar fuq TVM2.

Il‑Ġimgħa 11 ta’ Ġunju, fid‑9:30am, Solennità tal‑Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Kappella tar‑Residenza San Vincenz de Paul, il‑Marsa. Din tixxandar fuq TVM2.

Is‑Sibt 12 ta’ Ġunju, fis‑6:00pm, Monsinjur Arċisqof imexxi l‑ewwel Sibt tal‑Bambina u wara jinawgura l‑pittura tal‑Kor tal‑Bażilika Minuri ta’ Marija Bambina, l‑Isla.

Il‑Ħadd 13 ta’ Ġunju, fid‑9:30am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑Kappella ta’ Santa Ubaldeska, Raħal Ġdid. Din tixxandar fuq TVM2.

Il‑Ħadd 20 ta’ Ġunju, fid‑9:30am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑Kappella ta’ Santa Ubaldeska, Raħal Ġdid. Din tixxandar fuq TVM2.

It‑Tlieta 22 ta’ Ġunju, fis‑7pm, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Santwarju tal‑Madonna Ta’ Pinu f’Għawdex, fl‑anniversarju tas‑sejħa tal‑Madonna lil Karmni Grima.

L‑Erbgħa 23 ta’ Ġunju, lejlet is‑Solennità tat‑Twelid ta’ San Ġwann Battista, fis‑6pm, Monsinjur Arċisqof imexxi t‑traslazzjoni tar‑relikwa u l‑ewwel għasar tas‑Solennità, u wara jiċċelebra quddiesa fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

Il‑Ħadd 27 ta’ Ġunju, fid‑9:30am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑Kappella ta’ Santa Ubaldeska, Raħal Ġdid. Din tixxandar fuq TVM2.

It‑Tnejn 28 ta’ Ġunju, fis‑5:45pm, lejlet is‑Solennità tal‑Martirju ta’ San Pietru u San Pawl, Monsinjur Arċisqof imexxi t‑traslazzjoni tar‑relikwi u l‑ewwel għasar tas‑Solennità, u wara jiċċelebra quddiesa fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina.

It‑Tlieta 29 ta’ Ġunju, fid‑9:30am, Solennità tal‑Martirju ta’ San Pietru u San Pawl, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali flimkien mal‑Kapitlu Metropolitan, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina. Din tixxandar fuq TVM2.

L‑Erbgħa 30 ta’ Ġunju, fis-7pm, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’Jum il-Gradwazzjoni ta’ CAritas Malta, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan.