Matul ix‑xahar ta’ Lulju, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa fid‑9:30am mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • Kull nhar ta’ Ħadd fid‑9:30am tiġi ċċelebrata quddiesa fuq TVM, fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑knejjes:

Il‑Ħadd 10 ta’ Lulju, fid‑9:30am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑kappella tal‑Monasteru ta’ Santa Skolastika, il‑Birgu. Din tixxandar fuq TVM.

It‑Tnejn 11 ta’ Lulju, Solennità ta’ San Benedittu, fis‑6:30pm, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja ta’ San Pietru, fil‑Monasteru tas‑Sorijiet Benedettini, l‑Mdina.

It‑Tlieta 12 ta’ Lulju, fid‑9:30am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fl‑okkażjoni ta’ Jum il‑Pulizija. Din tixxandar fuq TVM.

Is‑Sibt 16 ta’ Lulju, festa tal‑Madonna tal‑Karmnu, fis‑6pm, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Karmnu, il‑Belt Valletta.

Il‑Ħadd 17 ta’ Lulju, fid‑9am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl‑okkażjoni tal‑200 sena mit‑twaqqif tal‑Kolleġġjata ta’ Bormla, fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Immakulata Kunċizzjoni, Bormla. Wara jqiegħed warda tal‑fidda mbierka mill‑Papa Franġisku f’riġlejn l‑inkwatru tal‑Immakulata Kunċizzjoni.

Il‑Ħadd 24 ta’ Lulju, fid‑9:30am, festa ta’ San Kalċidonju, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana.

It‑Tnejn 25 ta’ Lulju, fis‑6pm, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’għeluq is‑60 sena mill‑mewt ta’ San Ġorġ Preca, mill‑Kappella tad‑Dar Fra Diegu, il‑Ħamrun.

It‑Tlieta 26 ta’ Lulju, fid‑9:30am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fl‑okkażjoni tal‑25 anniversarju mit‑twaqqif tal‑Uffiċċju Nazzjonali tal‑Verifika (NAO). Din tixxandar fuq TVM.

Il-Ħamis 28 ta’ Lulju, fis‑6:30pm, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa u jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti tal‑parroċċa tas‑Salvatur, fil‑Knisja Parrokkjali, Ħal Lija.

Il‑Ġimgħa 29 ta’ Lulju, fis‑6:30pm, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa u jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti tal‑parroċċa tas‑Salvatur, fil‑Knisja Parrokkjali, Ħal Lija.

Is‑Sibt 30 ta’ Lulju, fis‑6:30pm, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’għeluq il‑50 sena mill‑ordinazzjoni saċerdotali ta’ Dun Mosè Borg, fil‑Knisja Parrokkjali, Ħal Lija.

Il‑Ħadd 31 ta’ Lulju, festa ta’ Sant’Anna u t‑tieni Jum Dinji tan‑Nanniet u l‑Anzjani mwaqqaf mill‑Papa Franġisku, fid‑9:30am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑Knisja Parrokkjali ta’ Sant’Anna, Wied il‑Għajn.