Matul ix‑xahar ta’ Mejju, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra l‑quddies ta’ matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.
Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:
- Knisja.mt u Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
- Knisja.mt u Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑knejjes:
It‑Tnejn 8 ta’ Mejju f’nofsinhar Mons. Arċisqof jitlob is‑Supplika tal‑Madonna ta’ Pompej fil‑Knisja tal‑Ġiżwiti, il‑Belt Valletta.
It‑Tlieta 9 ta’ Mejju, fis‑6:30 p.m., f’jum il‑festa ta’ San Ġorġ Preca, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl‑Awditorju tas‑Soċjetà tad‑Duttrina Nisranija, il‑Ħamrun.
L‑Erbgħa 10 ta’ Mejju, fis‑6:30 p.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑100 anniversarju mit‑twaqqif tas‑Soċjetà Filarmonika Sliema fil‑Knisja tas‑Sacro Cuor, Tas‑Sliema u jqiegħed warda ta’ ġieħ f’riġlejn l‑istatwa titulari.
Is‑Sibt 13 ta’ Mejju, fid‑9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa bl‑ordinazzjoni ta’ tliet saċerdoti ġodda fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq knisja.mt u Newsbook.com.mt. Fil‑5:30 p.m. jiċċelebra quddiesa f’lejlet il‑festa tal‑Madonna tal‑Mirakli fil‑Kappella tal‑Madonna tal‑Mirakli, Ħal Lija.
Il‑Ħadd 14 ta’ Mejju, fid‑9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra l‑quddiesatal‑Ħadd mill‑Knisja Parrokkjali tal‑Madonna ta’ Fatima fi Gwardamanġa. Wara jiltaqa’ mal‑parruċċani. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l‑istazzjon tar‑radju 103.
It‑Tnejn 15 ta’ Mejju, fid‑9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra l‑quddiesa fil‑preżenza tal‑membri tal‑Lion’s Club Mdina ‑ Malta Host, fil‑Kappella ta’ San Pawl tat‑Tarġa, in‑Naxxar. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l‑istazzjon tar‑radju 103.
It‑Tlieta 16 ta’ Mejju, fid‑9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa mas‑saċerdoti l‑ġodda fis‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Mellieħa. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l‑istazzjon tar‑radju 103.
Il‑Ħamis 25 ta’ Mejju, fis‑7:15 p.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl‑anniversarju tal‑280 sena mit‑twaqqif ta’ Città Pinto fil‑Knisja ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi.
Il‑Ġimgħa 26 ta’ Mejju, fis‑7:15 p.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa tal‑griżma tal‑isqof għall‑istudenti ta’ St Michael’s Foundation fil‑Knisja Arċipretali ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid.
Is‑Sibt 27 ta’ Mejju, fil‑5:30 p.m., Mons. Arċisqof jikkonsagra l‑Knisja Madonna Għajnuna tal‑Insara u San Bartilmew Appostlu fil‑kumpless residenzjali Rużar Briffa. Din tixxandar fuq knisja.mt.
Il‑Ħadd 28 ta’ Mejju, fid‑9:30 a.m., fis‑Solennità ta’ Għid il‑Ħamsin, Mons. Arċisqof jiċċelebra l‑quddiesatal‑Ħadd fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta u matulha jamministra s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof lill‑adoloxxenti tal‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l‑istazzjon tar‑radju 103. Fil‑5:30 p.m. Fil‑5:30 p.m. jiċċelebra quddiesa tal‑griżma tal‑isqof fil‑Knisja tal‑Ħniena Divina, in‑Naxxar.