-
-
Il‑Ġimgħa l‑1 ta’ Frar 2019, fis‑6:30 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa u jieħu sehem fl‑investitura tal‑Ordni Militari Sovran ta’ Malta, fl‑Oratorju tal‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.
Is‑Sibt 2 ta’ Frar, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑festa tal‑Preżentazzjoni tal‑Mulej, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Is‑Sibt 9 ta’ Frar, fil‑5:15 p.m., lejlet il‑festa tan‑Nawfraġju ta’ Missierna San Pawl, Monsinjur Arċisqof imexxi Traslazzjoni Solenni tar‑Relikwa u l‑Ewwel Għasar Solenni, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta.
Il‑Ħadd 10 ta’ Frar, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Pontifikal Solenni fil‑festa tan‑Nawfraġju ta’ Missierna San Pawl, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta.