L-Erbgħa l-1 ta’ Jannar 2020, fid-9:00 a.m., l-Arċisqof  Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fis-Solennità tal-Imqaddsa Marija Omm Alla u l-Jum Dinji tal-Paċi,  fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi. Il-Quddiesa ser tixxandar live fuq TVM2 u fuq il-Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.

Il-Ħamis 2 ta’ Jannar, fil-11:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jikkonċelebra fil-Quddiesa tal-funeral tal-Kardinal Prospero Grech, fil-Bażilika ta’ San Pietru, il-Vatikan.

Is-Sibt 4 ta’ Jannar, fil-5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-koppji li ser jiżżewġu matul l-2020, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa hija organizzata mill-Moviment ta’ Kana u ser tixxandar live fuq il-Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.

Il-Ħadd 5 ta’ Jannar, fid-9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa
tal-Epifanija li matulha jitħabbru l-festi tal-Mulej għas-sena 2020 u jilqa’ lil żewġ seminaristi  bħala kandidati għas-saċerdozju, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa ser tixxandar live fuq il-Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.

Is-Sibt 11 ta’ Jannar, fil-5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-koppji li żżewġu matul l-2019, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa hija organizzata mill-Moviment ta’ Kana u ser tixxandar live fuq il-Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.

Il-Ħadd 12 ta’ Jannar, fil-11:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l-pussess lil Patri Andrew Galea OFM Conv. bħala l-Kappillan il-ġdid tal-Parroċċa tal-Qawra.

Is-Sibt 18 ta’ Jannar, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l-pussess lil Dun David Cilia bħala l-Arċipriet il-ġdid tal-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta.

Il-Ħadd 19 ta’ Jannar, fil-5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l-pussess lil Patri Josef Pace OFM Conv. bħala l-Kappillan il-ġdid tal-Parroċċa ta’ San Pawl il-Baħar.

It-Tnejn 20 ta’ Jannar, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa
fil-kappella tar-residenza San Vinċenz De Paul, Ħal Luqa, li matulha jordna lil Dun Andrew Camilleri djaknu.

Il-Ġimgħa 24 ta’ Jannar, fis-6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi Servizz Ekumeniku fil-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara, fil-Pro-Katidral Anglikan ta’ San Pawl, il-Belt Valletta.

Is-Sibt  25  ta’  Jannar,  fil-5:30  p.m., Monsinjur  Arċisqof  imexxi  Traslazzjoni  u 
t-talba tal-Ewwel Għasar u wara jiċċelebra Quddiesa  fil-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl, fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina.

Il-Ħadd  26  ta’  Jannar,  fid-9.30  a.m., Monsinjur  Arċisqof  jiċċelebra  Pontifikal  Solenni tal-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl, fil-Katidral ta’ San Pawl,
l-Imdina.