-
-
It-Tlieta, 1 ta’ Ottubru, fid‑9:00 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil‑ftuħ tas‑Sena Forensi, fl‑Oratorju tal‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.
L-Erbgħa 2 ta’ Ottubru, fl-10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’Jum l-Armata, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Is-Sibt 12 ta’ Ottubru, fl‑4:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Griżma
lill-adolexxenti, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Marsaxlokk.Il-Ħadd 13 ta’ Ottubru, fil‑11:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni
tal-125 sena anniversarju tal-preżenza tas-sorijiet Agostinjani f’Malta, fis-sala tal-iskola Santa Monika, Birkirkara.Il-Ġimgħa 25 ta’ Ottubru, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li fiha jikkonsagra l-Knisja ż-Żgħira fil-Parroċċa ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi.
Is-Sibt 26 ta’ Ottubru, fl-4:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Griżma
lill-adolexxenti, fil-Knisja Parrokkjali tal-Fgura.Il-Ħadd 27 ta’ Ottubru, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Griżma lill-adolexxenti, fil-Knisja Parrokkjali tal-Kunċizzjoni, il-Ħamrun. Fl-4:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Griżma lill-adolexxenti, fil-Knisja Parrokkjali tal-Fgura.
It-Tnejn 28 ta’ Ottubru, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Festa ta’ San Ġuda Taddew, fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara.