-
-
Il‑Ġimgħa 3 ta’ Awwissu, fis‑7:30 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi velja ta’ talb fil‑parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara, bi tħejjija għall‑Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Joseph Galea‑Curmi, Isqof Awżiljarju Elett.
Is‑Sibt 4 ta’ Awwissu, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jagħti l‑Ordinazzjoni Episkopali lill‑Mons. Joseph Galea‑Curmi, Isqof Awżiljarju Elett, fil‑Katidral ta’ San Pawl l‑Imdina. L‑Isqfijiet Koordinanti ser ikunu l‑Arċisqof Emeritu Mons. Pawl Cremona O.P., u l‑Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq TVM2 u fuq il‑Youtube Channel tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
Il‑Ħadd 5 ta’ Awwissu, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ San Duminku fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Duminku, il‑Belt Valletta. Fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi Traslazzjoni Solenni u l‑Ewwel Għasar, lejlet il‑festa tas‑Salvatur, fil‑parroċċa ta’ Ħal Lija.
It‑Tnejn 6 ta’ Awwissu, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa tas‑Salvatur, fil‑knisja parrokkjali ta’ Ħal Lija.
Il‑Ġimgħa 10 ta’ Awwissu, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li fiha jikkonsagra l‑artal fil‑Bażilika Minuri, il‑Mosta.
It‑Tnejn 13 ta’ Awwissu, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal‑aħħar jum tat‑tridu fil‑knisja parrokkjali ta’ Santa Marija, il‑Qrendi.
It‑Tlieta 14 ta’ Awwissu, fis‑7:00 p.m., lejlet il‑festa ta’ Santa Marija Mtellgħa s‑Sema, Monsinjur Arċisqof imexxi Traslazzjoni Solenni u l‑Ewwel Għasar, fil‑Katidral ta’ San Pawl l‑Imdina.
L‑Erbgħa 15 ta’ Awwissu, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ Santa Marija Mtellgħa s‑Sema, fil‑Bażilika Minuri, il‑Mosta.
Il‑Ħadd 19 ta’ Awwissu, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ Santa Marija Mtellgħa s‑Sema, fil‑knisja parrokkjali tal‑Imġarr. Fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiġi akkumpanjat mill‑Kapitlu tal‑Kolleġjata Elenjana fir‑repożizzjoni tar‑relikwa ta’ Santa Liena u wara jagħti l‑Barka Sagramentali fil‑Bażilika ta’ Santa Liena, Birkirkara.
Il‑Ħadd 26 ta’ Awwissu, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ San Bartilmew, f’Ħal Għargħur.
Il‑Ħamis 30 ta’ Awwissu, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑knisja parrokkjali ta’ Ħaż‑Żabbar qabel il‑ħruġ tal‑vara min‑niċċa.