Il‑Ħamis 2 ta’ Ġunju 2016, fit‑8:00 p.m., Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna ser imexxi laqgħa ta’ talb għas-saċerdoti, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġublew tal-Ħniena, fis-Santwarju Tal-Qalb ta’ Ġesù, Ħaż Żebbuġ.
Is-Sibt 4 ta’ Ġunju, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi ċ-ċelebrazzjoni tal-pussess tal-Arċipriet il-ġdid tal-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq, Dun Karm Mercieca.
Il-Ħadd 5 ta’ Ġunju, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-komunità Filippina f’Malta, fil-Knisja ta’ Santa Barbara, il-Belt Valletta.
Il-Ħamis 9 ta’ Ġunju, fis‑7:15 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-Kapitlu tal-Kapuċċini, fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù.
Is-Sibt 11 ta’ Ġunju, fis-7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti fil-Parroċċa ta’ Burmarrad.
Il-Ħadd 12 ta’ Ġunju, fit‑8:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali u jinseġ il‑Paniġierku fil‑festa ta’ San Filippu ta’ Aġira, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħaż Żebbuġ. Fil-11:00 a.m., l-Arċisqof jattendi servizz Ekumeniku fil-Pro-Katidral Anglikan, il-Belt Valletta, f’għeluq id-90 sena tal-Maestà Tagħha r-Reġina Elisabetta II.
It-Tnejn 13 ta’ Ġunju, fil‑5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi u jiċċelebra Quddiesa, fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù.
Il‑Ġimgħa 17 ta’ Ġunju, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-Professjoni Solenni ta’ Suor Regina, tas-Sorijiet ta’ San Ġużepp tal-Apparizzjoni, fil-kappella tal-istess Kongregazzjoni, ir-Rabat.
Il-Ħadd 19 ta’ Ġunju, fid-9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti fil-Parroċċa ta’ Santa Luċija.
L-Erbgħa 22 ta’ Ġunju, fit-8:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tat-Tifkira tas-sejħa tal-Madonna lil Karmni Grima, fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu, Għawdex.
Il-Ġimgħa 24 ta’ Ġunju, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi Għasar Solenni bis-sehem tal-Kapitlu tal-Katidral, imexxi purċissjoni u fis-7:15 p.m. jiċċelebra Quddiesa tas-Solennità tat-twelid ta’ San Ġwann il-Battista, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il-
Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.
It-Tnejn 27 ta’ Ġunju, fis-6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jamministra s-Sagramenti tat-Tqarbin u tal-Griżma tal-Isqof, lit-tfal ta’ Angela House mmexxija mis-Sorijiet Ursolini, fil-Knisja Madonna ta’ Loretu, Gwardamanġa.
It-Tlieta 28 ta’ Ġunju, fil-5:30 p.m. Monsinjur Arċisqof imexxi Translazzjoni Solenni u fis-6:00 p.m. jiċċelebra Quddiesa tal-Ewwel Għasar, lejliet il-Festa ta’ San Pietru u San Pawl, fil-Katidral tal-Imdina. Il-Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il-
Youtube Channel tal-Knisja f’Malta u fuq Radju Marija.
L-Erbgħa 29 ta’ Ġunju, fit-7:45 a.m., Monsinjur Arċisqof jmexxi purċissjoni sal-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl ir-Rabat. Fid-9:30 a.m. l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-festa ta’ San Pietru u San Pawl, il-Katidral tal-Imdina. Fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l-Ordinazzjoni Presbiterali, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddies ta’ dakinhar ser jixxandar ‘live’ fuq il-
Youtube Channel tal-Knisja f’Malta u fuq Radju Marija.