-
Il‑Ħadd l‑1 ta’ Jannar 2017, fid‑9.00 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fis‑Solennità ta’ Marija Omm Alla u l‑Jum Dinji tal‑Paċi, fid‑Dar tal‑Providenza, is‑Siġġiewi. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq TVM, Radju RTK u fuq il‑YouTube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Is‑Sibt 7 ta’ Jannar, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall‑koppji li żżewġu fl‑2016, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa hija organizzata mill‑Moviment ta’ Kana u ser tixxandar ‘live’ fuq il‑YouTube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Il‑Ħadd 8 ta’ Jannar, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal‑Epifanija, li matulha jilqa’ lil żewġ seminaristi bħala kandidati għas‑saċerdozju, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tiġi mxandra ‘live’ fuq il‑YouTube Channel tal‑Knisja f’Malta. Fil‑5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi ċ‑ċelebrazzjoni tal‑pussess ta’ Dun Mario Mangion bħala Arċipriet tal‑Parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi.
Il‑Ġimgħa 13 ta’ Jannar, fis‑6:45 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa waqt laqgħa għall‑voluntiera ta’ Radju Marija, fiċ‑Ċentru Pastorali Qalb Ta’ Ġesù, il‑Qrendi.
Is‑Sibt 14 ta’ Jannar, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi ċ‑ċelebrazzjoni tal‑pussess ta’ Dun Denis Schembri bħala kappillan tal‑Parroċċa tal‑Manikata.
Il‑Ħadd 15 ta’ Jannar, fid-9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Migranti u Refuġjati, fil-Knisja tal-Vitorja, Misraħ Kastilja, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa ser tixxandar fuq TVM2. Fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall‑koppji li ser jiżżewġu matul l‑2017, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa hija organizzata mill‑Moviment ta’ Kana u ser tixxandar ‘live’ fuq il‑YouTube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Il‑Ħamis 19 ta’ Jannar, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jieħu sehem f’Servizz Ekumeniku, fil‑Knisja ta’ Santu Wistin, il‑Belt Valletta.
Il‑Ġimgħa 27 ta’ Jannar, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’għeluq il‑Ġublew tal‑Ordni Duminkan, fil‑Knisja ta’ San Duminku, ir‑Rabat.
Is-Sibt 28 ta’ Jannar, fis-6:00 p.m, Monsinjur Arċisqof imexxi ċ-ċelebrazzjoni tal-pussess ta’ Dun Anton Cassar bħala arċipriet tal-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni, Bormla.
Il‑Ħadd 29 ta’ Jannar, fid‑9.30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa tal‑Konverżjoni ta’ Missierna San Pawl, fil‑Katidral tal‑Imdina. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑YouTube Channel tal‑Knisja f’Malta.