-
It-Tlieta 1 ta’ Novembru 2016, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil-Festa Solenni tal-Qaddisin kollha, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa ser tixxandar live fuq il-YouTube Channel tal-Knisja f’Malta.
L-Erbgħa 2 ta’ Novembru, fl-10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fit-Tifkira Solenni tal-Mejtin kollha, fil-Knisja taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, Raħal Ġdid. Il-Quddiesa ser tixxandar live fuq il-YouTube Channel tal-Knisja f’Malta.
Il-Ħadd 6 ta’ Novembru, fit-8:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mar-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fl-okkażjoni tal-Ġublew tal-Ħniena, f’Raħal Ġdid.
Il-Ħadd 13 ta’ Novembru, fid-9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali ta’ Jum it-Tifkira, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa ser tixxandar live fuq il-YouTube Channel tal-Knisja f’Malta. Fil‑5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti fil‑Parroċċa ta’ Sant’Elena, Birkirkara.
It-Tnejn 14 ta’ Novembru, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jagħti l-ministeru tal-akkolitat lil żewġ seminaristi, fis-Seminarju tal-Arċisqof.
Is-Sibt 19 ta’ Novembru, fil-5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jikkonsagra l-artal u s-Santwarju tal-Ħniena Divina waqt Quddiesa fis-Santwarju, in-Naxxar.
Il-Ħadd 20 ta’ Novembru, fid-9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti fil‑Parroċċa taż-Żejtun.
Il-Ħadd 20 ta’ Novembru, fis-6.00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Festa ta’ Kristu Re u jagħlaq il-Ġublew tal-Ħniena fil-Katidral tal-Imdina. Il-Quddiesa ser tixxandar live fuq il-YouTube Channel tal-Knisja f’Malta.
It-Tnejn 21 ta’ Novembru, fis-6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-gradwati l-ġodda tal-Università ta’ Malta, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa ser tixxandar live fuq il-YouTube Channel tal-Knisja f’Malta.
Il-Ġimgħa 25 ta’ Novembru, fis-6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa ta’ Santa Katerina, fil-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun.
Is-Sibt 26 ta’ Novembru, fil-5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħaż-Żabbar.
Il-Ħadd 27 ta’ Novembru, fl-10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti fil‑Parroċċa ta’ Ħal Luqa. Fil-5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti fil‑Parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar.