Is‑Sibt 3 ta’ Settembru 2016, fis‑2:30 p.m. (ħin ta’ Londra), Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni tal‑festa tal‑Madonna tal‑Vitorja, f’Westminster Cathedral, Londra, bħala parti miċ‑ċelebrazzjonijiet ta’ Malta Day ‑ UK.
Il‑Tlieta 6 ta’ Settembru, fis‑8:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi Velja ta’ Talb bi tħejjija għall‑Ordinazzjoni Episkopali ta’ Monsinjur Carmelo Zammit, Isqof‑Elett ta’ Ġibiltà, fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Gudja.
Il‑Ħamis 8 ta’ Settembru, Festa Solenni tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof ser ikun wieħed mill‑Isqfijiet konsagranti fl‑Ordinazzjoni Episkopali ta’ Monsinjur Carmelo Zammit. Iċ‑ċelebrazzjoni ser titmexxa mill‑Eminenza Tiegħu l‑Kardinal Vincent Nichols, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq TVM u fuq il‑
Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Is‑Sibt 10 ta’ Settembru, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal‑membri żgħażagħ taċ‑Ċentru Vokazzjonijiet, fis‑Seminarju, Tal‑Virtù.
Il‑Ħadd 11 ta’ Settembru, fil-11:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa tal‑Madonna tal‑Grazzja, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħaż Żabbar.
It‑Tnejn 12 ta’ Settembru, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja tas‑Samra, il‑Ħamrun.
L‑Erbgħa 21 ta’ Settembru, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni ta’ Jum l‑Indipendenza, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑
Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta. Fis‑6:30 p.m., l‑Arċisqof imexxi pellegrinaġġ lejn is‑Santwarju Nazzjonali tal‑Madonna tal‑Mellieħa u wara jiċċelebra Quddiesa fl‑istess Santwarju.
Il‑Ħamis 29 ta’ Settembru, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni tal‑festa ta’ San Mikiel Arkanġlu, fil‑Kunvent tal‑Kapuċċini, il‑Furjana.