-
-
Il‑Ħadd 1 ta’ Lulju 2018, fl‑9:45 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa li matulha jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti fil‑parroċċa ta’ Marija Addolorata, San Pawl il‑Baħar.
L‑Erbgħa 11 ta’ Lulju, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ San Benedittu, fil‑Monasteru ta’ San Pietru, l‑Imdina.
Il‑Ġimgħa 13 ta’ Lulju, fis‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jinawgura ċentru tad‑duttrina fil‑parroċċa ta’ San Ġużepp, l‑Imsida. Fis‑6:30 p.m. jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Imsida bis‑sehem tal‑għaqdiet soċjali u l‑Kunsill Lokali.
Is‑Sibt 14 ta’ Lulju, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fl‑okkażjoni ta’ Jum il‑Pulizija. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta. Fis‑6:45 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi t‑talba tal‑Għasar fil‑knisja ż‑żgħira tal‑parroċċa ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi, u fis‑7:15 p.m. imexxi traslazzjoni solenni mill‑knisja ż‑żgħira sal‑knisja parrokkjali ta’ San Sebastjan fejn fit‑8:00 p.m. jiċċelebra l‑Quddiesa ta’ lejlet il‑festa.
It‑Tnejn 16 ta’ Lulju, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑festa tal‑Madonna tal‑Karmnu, fis‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Karmnu, il‑Belt Valletta.
Il‑Ġimgħa 20 ta’ Lulju, fis‑7:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑festa ta’ Santa Marija Maddalena, fil‑Kappella ta’ Santa Marija Maddalena, Ħad‑Dingli.
Is‑Sibt 21 ta’ Lulju, fis‑6:00 p.m., bħala parti mill‑proġett ta’ evanġelizzazzjoni tal‑Komunità Abramo bl-isem ‘L‑Akbar Imħabba’, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa flimkien mal‑Arċisqof ta’ Turin, Mons. Cesare Nosiglia, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fejn ikun hemm il‑kopja awtentika tal‑liżar ta’ Kristu.
Il‑Ħadd 29 ta’ Lulju, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑knisja parrokkjali tal‑parroċċa ta’ Santa Marija, il‑Mosta.