-
-
Il‑Ġimgħa 9 ta’ Marzu 2018, fis‑6:00 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser imexxi pellegrinaġġ u jiċċelebra Quddiesa bl‑istatwa devota ta’ Ġesù Redentur, fil‑Bażilika tal‑Isla.
Il‑Ħadd 11 ta’ Marzu, fl‑10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’Savio College, Ħad-Dingli, fil-50 anniversarju mit-twaqqif tal-iskola.
Is-Sibt 17 ta’ Marzu, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑pussess lil Dun Martin Cardona bħala l‑Kappillan il‑ġdid tal‑Parroċċa ta’ Ħal Kirkop.
L-Erbgħa 21 ta’ Marzu, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa b’sufraġju tal-Arċisqof Ġużeppi Mercieca fl-anniversarju tal-mewt tiegħu.
Il-Ġimgħa 23 ta’ Marzu, Jum id-Duluri, fil-11:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-MCAST, Raħal Ġdid. Fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jieħu sehem f’purċissjoni bl‑istatwa ta’ Marija Addolorata, li tibda mill‑Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu), il‑Belt Valletta.
Il-Ħadd 25 ta’ Marzu, fl-10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi ċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm, bit‑tberik tal‑friegħi taż‑żebbuġ u l‑palm, u jiċċelebra Quddiesa fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
L-Erbgħa 28 ta’ Marzu, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament mas-Sorijiet tal-Monasteru tal-Qaddisa Omm Alla, ir-Rabat. Fis-7:30 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l‑Via Sacra Djoċesana li tibda minn ħdejn l-istatwa ta’ Kristu Re, il-Furjana, u tintemm quddiem il‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il-Via Sacra tixxandar ‘live’ fuq Radju RTK.
Il‑Ħamis 29 ta’ Marzu, Ħamis ix‑Xirka, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l‑Quddiesa tal‑Griżma, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Fis‑6:30 p.m., l-Arċisqof imexxi l-Quddiesa fl‑Ikla tal‑Mulej u wara ssir il-purċissjoni bis-Sagrament lejn l-artal tar-ripożizzjoni, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
Il‑Ġimgħa 30 ta’ Marzu, il‑Ġimgħa l‑Kbira, fit‑3:30 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l‑Azzjoni Liturġika tal‑Passjoni u l‑Mewt tal‑Mulej, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.
Is‑Sibt 31 ta’ Marzu, Sibt il‑Għid, fit‑8:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l‑liturġija tal‑Vġili tal‑Għid li tinkludi l-Magħmudija tal-adulti, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.