-
Il‑Ġimgħa 13 ta’ Ottubru 2017, fis‑6:00 p.m., f’għeluq iċ-ċentinarju mid‑dehriet ta’ Fatima, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi pellegrinaġġ mill‑Knisja Parrokkjali tal‑Kunċizzjoni, il‑Ħamrun, sal‑Knisja Parrokkjali tal‑Madonna ta’ Fatima, Gwardamanġa. Wara, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa.
Il‑Ħadd 15 ta’ Ottubru, fil‑5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti fil‑Parroċċa tal‑Gudja.
Is‑Sibt 21 ta’ Ottubru, fl‑4:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti fil‑Parroċċa ta’ Marsaskala.
Il‑Ħadd 22 ta’ Ottubru, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti fil‑Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara. Fl‑4:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti fil‑Parroċċa ta’ Marsaskala.
L‑Erbgħa 25 ta’ Ottubru, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal‑Forzi Armati ta’ Malta, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.