-
Is‑Sibt 2 ta’ Settembru 2017, fis‑6:00 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil‑ftuħ tax‑xahar tal‑Ħolqien (Season of Creation) fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Il‑Ħadd 3 ta’ Settembru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti
il‑pussess lil Patri Paul Attard OFM, bħala l‑kappillan il‑ġdid tal‑Parroċċa Madonna tas‑Sacro Cuor, tas‑Sliema.L‑Erbgħa 6 ta’ Settembru, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fin‑Novena tal‑festa ta’ Marija Bambina, fil‑Knisja Arċipretali, in‑Naxxar.
Il‑Ħamis 7 ta’ Settembru, fis‑6:30 p.m., lejlet il‑festa tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑Knisja Kolleġjata Arċipretali ta’ Marija Bambina, l‑Isla. Il‑Quddiesa ser tixxandar fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Il‑Ġimgħa 8 ta’ Settembru, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Il‑Ħamis 14 ta’ Settembru, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’għeluq il‑200 sena mit‑twaqqif tal‑Provinċja Agostinjana f’Malta, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.
Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.Is‑Sibt 16 ta’ Settembru, fl‑4:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali
tal‑Madonna ta’ Pompej, Marsaxlokk, u matulha jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti tal‑Parroċċa.Il‑Ħadd 17 ta’ Settembru, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Madonna ta’ Pompej, Marsaxlokk, fl‑okkażjoni tal‑50 sena mill‑konsagrazzjoni tal‑Knisja.
Il‑Ħamis 21 ta’ Settembru, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fl‑okkażjoni ta’ Jum l‑Indipendenza, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Is‑Sibt 23 ta’ Settembru, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti
il‑pussess lil Dun Blake Camilleri, bħala l‑kappillan il‑ġdid tal‑Parroċċa Marija Immakulata, l‑Ibraġ.