Għall-ewwel darba fil-Qasam ta’ Korçë, fil-11 ta’ Mejju 2024, saret iċ-Ċerimonja tal-Magħżulin lil tliet adoloxxenti: Mikel Ushini, Elio Mehmeti u Xhonatan Agushi. Din l-okkażjoni qanqlet ħafna entużjazmu u interess fost iż-żgħażagħ tal-parroċċa.
Minbarra li ilhom jattendu b’interess għal-laqgħat li jsir fil-Qasam, Mikel, Elio u Xhonatan jieħdu bis-serjetà l-ħajja Nisranija tagħhom. Huma huma sinjal ta’ ħajja u tama għall-futur tas-Soċjetà fl-Albanija.
Iċ-ċerimonja saret fil-kappella tal-Qasam u għalija kienu mistiedna t-tfal, il-membri tal-Grupp San Gorg Preca, kif ukoll il-Kappillan u l-Viċi tal-Parroċċa. Il-Membri mill-Qasam ta’ Durrës kienu wkoll preżenti għal din l-okkażjoni sabiħa.
Is-Superjur Ġenerali, permezz ta’ komunikazzjoni online, sellem u ferħa lill-Magħżulin għal dak li Alla għamel magħhom permezz tal-Qasam. Il-Kappillan Don Ignatio Bonsignore ukoll qasam il-messaġġ tiegħu fl-aħħar taċ-ċerimonja.
Wara okkażjoni bħal din ikollna nistqarru: Deo Gratias!
Sors: Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija – sdcmuseum.org