Lulju 2 -3, 2011: iż-żgħażagħ jagħtu bidu differenti għas-Sajf permezz ta’ “Check-in”, ġewwa San Ġiljan. Mijiet ta’ żgħażagħ ser ikunu impenjati f’ħidma volontarja matul is-Sajf, kemm f’Malta kif ukoll barra. Oħrajn se jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet internazzjonali tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Madrid. Għalkemm kull esperjenza minn dawn hija unika, kollha kemm huma iqanqlu espressjonijiet profondi tal-fidi.
“Check-in” ser iġġib dawn l-esperjenzi kollha flimkien għal attività li tibqa’ għaddeja matul il-lejl kollu. Iċ-ċelebrazzjoni tibda s-Sibt 2 ta’ Lulju bil-mandat uffiċjali tal-Arċisqof u tintemm l-għada filgħodu bl-ewkaristija. Fost l-attrazzjoni prinċipali tal-programm hemm il-Maratona live ta’ mużika Nisranija ġewwa BJs, il-Villaġġ tal-Lejl li jinkludi wkoll post għall-mistrieħ u l-breakfast flimkien, il-Ħadd filgħodu.
L-attività hija kkoordinata minn KDŻ bl-għajnuna ta’ APS Bank. Għal aktar dettalji żur www.kdz.org.mt.