Tlett mija u għoxrin direttur ta’ organizzazzjonijiet Kattoliċi Ewropej ta’ Karita se jiltaqgħu iżjed tard dan ix-xahar fil-Bażilika Marjana Pollakka ta’ Czestochowa sabiex jiskopru mill-ġdid l-iktar motivazzjonijiet profondi għall-attivitajiet tagħhom ta’ karita.
L-eżerċizzi spiritwali, organizzati mill-Kunsill Pontifiċju Cor Unum, id-dekasteru tal-Vatikan li jikkordina l-attivita ta’ karita tal-istituzzjonijiet Kattoliċi madwar id-dinja, kienu preżentati t-Tlieta lill-ġurnalisti mill-Kardinal Robert Sarah, President tad-dekasteru.
L-irtir se jsir bejn id-29 ta’ Novembru u t-3 ta’ Diċembru fil-preżenza ta’ ħames kardinali u ħamsin Isqof minn 140 djoċesi differenti f’26 pajjiż. It-tema għall-eżerċizzi ta’ dis-sena hija meħuda minn Isaija “Here I am, Lord”. Il-meditazzjonijiet se jitmexxew mir-reliġjuża Theresa Brenninkmeijer.
L-organizzatur tal-irtir, Mons Anthony Jesus Figueiredo, qal li l-inizjattiva tfittex li twieġeb għall-appell tal-Papa sabiex l-tissaħħaħ l-imħabba li tissarraf f’ġenerożita karitatevoli. Dan huwa t-tielet kontinent li qed jilqa’ l-irtir ta’ Cor Unum. L-ewwel sar fi Guadalajara fil-Messiku fl-2008. It-tieni sar f’Taipei fit-Taiwan fl-2009.
VATICAN CITY, NOV. 19, 2010 (Zenit.org)