• Inizzjattiva ġdida għaż-żeffiena żgħażagħ li jixitiequ jiżviluppaw kemm it-talent kif ukoll il-fidi tagħhom. Tim ta’ esperti fi ħdan il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ) ipprepara programm innovattiv fid-Dance Ministry.

    L-ewwel fażi tal-proġett hija Kamp taż-Żfin ġewwa Foggia, l-Italja, bejn Ġunju 28 u Lulju 5. L-opportunità hija miftuħa għal żeffiena, kemm mgħallma kif ukoll dilettanti, fl-etajiet minn 13 sa 31. L-ispiża totali ta’ din l-esperjenza unika hija  €445 u tinkludi titjiriet  utrasport, is-sessjonijiet kollha, ikliet, akkomodazzjoni u użu ta’ faċilitajiet, kif ukoll ġurnata ġewwa AquaLand Park.

    Persuni nteressati għandhom jirreġistraw, mingħajr ebda obbligazzjoni li jipparteċiapw fil-Kamp. Reġistrazzjonijiet jagħlqu it-Tnejn 30 ta’ April, u l-ewwel awdizzjonjiet se jsiru il-Ħadd 26 ta’ April. Aktar dettalji fuq kdz.org.mt