Waħda mill-isbaħ esperjenzi ta’ ħajti hija bla dubju ta’ xejn l-esperjenza tiegħi mal-papa. Kont wieħed mill-għaxra ffortunati li qattajna 20 minuta mal-papa Benedittu XVI fuq il-katamaran fiż-żjara tiegħu ġewwa Malta f’April ta’ l-2010. Din l-esperjenza għallmitni li int min int u int x’int, m’għandek qatt tħossok xi ħaga fuq ħaddiehor.
L-iktar ħaġa li laqtitni jien fil-papa hi l-umilta’. Tara lill-papa jagħmillek is-sinjal biex tersaq viċin tiegħu kien mument kommoventi ħafna. Wiċċu kien jidher ferħan bil-laqgħa li għamlulu iż-żgħażagħ fuq il-waterfront. Kelma waħda li tiddiskrivi din l-esperjenza hi “ta’ l-Għaġeb!”