Ir-Regolamenti għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja għas-sena 2013 ġew ippublikati fuq il-website tal-Knisja f’Malta, fis-sezzjoni: www.maltadiocese.org/lang/mt/church-schools

B’kollox ser ikun hemm total ta’ 1,802 postijiet vakanti. L-applikazzjonijiet ser isiru f’diversi skejjel tal-Knisja bejn Novembru u Frar. Min ser japplika għandu jieħu miegħu d-dokumenti meħtieġa u l-applikazzjoni timtelà dakinhar stess.  B’hekk l-applikanti ma jkollhomx għalfejn jinqalgħu darbtejn. Lista tad-dokumenti meħtieġa, u l-ġranet meta wieħed għandu jmur japplika u fejn, huma imniżżla fir-Regolamenti. Dawk li ser japplikaw bħala ‘każijiet umanitarji gravi’ għandhom isegwu l-istruzzjonijiet imniżżla fir-Regolamenti tal-każijiet umanitarji gravi.

Għat-tielet sena konsekuttiva, u bħala parti minn proċess ta’ tliet snin, ser isir dħul ta’ studenti subien fir-raba’ sena primarja, fis-St. Paul’s Missionary College u fis-Seminarju r-Rabat.

In-numru ta’ postijiet vakanti għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja fis-sena skolastika 2013-2014 huwa kif ġej:
Sena Postijiet Vakanti

Subien

Postijiet Vakanti

Bniet

L-ewwel sena kindergarten


77 91
It-tieni sena kindergarten


119 281
L-ewwel sena primarja


387 267
Ir-raba’ sena primarja


125
L-ewwel sena sekondarja


419 36
TOTAL


1127

675

Mit-total ta’ 1,802, xi postijiet ser jingħataw lil tfal ikkunsidrati bħala każijiet umanitarji gravi li għalihom hemm regolamenti speċifiċi.  Il-każijiet umanitarji gravi jagħmlu applikazzjoni aktar dettaljata u jsegwu proċess paralleli għall-applikazzjonijiet l-oħra. L-applikazzjonijiet għall-każijiet umanitarji gravi ser jibdew f’Novembru u jkomplu f’Jannar. Aktar dettalji tar-regolamenti tal-każijiet umanitarji gravi jinsabu fuq il-websajt tal-Kurja.

Proċeduri dwar il-ksur ta’ dawn ir-Regolamenti qed jiġu ppublikati fuq www.maltadiocese.org.  Ksur ta’ dawn ir-Regolamenti jista’ jwassal għall-esklużjoni mill-iskola tat-tfal involuti.

L-applikazzjonijiet skont l-ewwel kriterju, tfal minn djar tal-Knisja, aħwa, impjegati, transfers, u skola bla kontinwità ser isiru fis-26, 27 u 28 ta’ Novembru f’St Elias Santa Venera, St Michael’s Santa Venera u s-Seminarju r-Rabat.

Fir-rigward ta’ każijiet umanitarji gravi ta’ tfal minn djar tal-Knisja, aħwa, impjegati, transfers, u skola bla kontinwità, wieħed għandu jċempel għal appuntament fid-19, 20, u 21 ta’ Novembru lis-Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija fuq 27 790077.

Fir-rigward ta’ każijiet umanitarji gravi ta’ applikanti oħra, wieħed għandu jċempel lis-Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija fuq 27 790077 fit-28, 29 u 30 ta’ Jannar.

L-applikazzjonijiet skont it-tielet kriterju applikanti oħra, għal dħul fl-ewwel sena kindergarten ser isiru fit-18, 19 u 21 ta’ Frar fis-Seminarju r-Rabat, St Angela Msida u Żabbar, St Francis Msida, u Theresa Nuzzo Ħamrun.

L-applikazzjonijiet skont it-tielet kriterju applikanti oħra, għal dħul fit-tieni sena kindergarten ser isiru fis-6, 7 u 15 ta’ Frar fil-Kulleġġ Missjunarju San Pawl ir-Rabat,  St Angela Msida u Żabbar, St Joseph Blata l-Bajda, Stella Maris/St Aloysius Jr  Balzan, u Theresa Nuzzo Ħamrun.

L-applikazzjonijiet skont it-tielet kriterju applikanti oħra, għal dħul fl-ewwel sena primarja ser isiru fil-5, 6 u 14 ta’ Frar fid-De La Salle College il-Birgu, is-Seminarju r-Rabat, St Albert Valletta, St Aloysius College B’Kara, u St Elias Santa Venera.

L-applikazzjonijiet skont it-tielet kriterju applikanti oħra, għal dħul fir-raba’ sena primarja ser isiru fl-24, 25 u 31 ta’ Jannar fil-Kulleġġ Missjunarju San Pawl ir-Rabat, St Augustine College Pieta`, u St Michael Santa Venera.

L-applikazzjonijiet skont it-tielet kriterju applikanti oħra, għal dħul fl-ewwel sena sekondarja ser isiru fil-21, 22 u 28 ta’ Jannar fil-Kulleġġ Missjunarju San Pawl ir-Rabat, St Albert Valletta, St Augustine College Pieta`, St Michael Santa Venera, u Stella Maris College Gżira.

Aktar dettalji jinkisbu mir-Regolamenti li jinsabu fuq is-sezzjoni: www.maltadiocese.org/lang/mt/church-schools
L-applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja fis-sena skolastika li jmiss ser isiru kif ġej:

Applikazzjonijiet

Skont il-Kriterju


Data Post
Tfal minn Djar tal-Knisja,

Aħwa, Impjegati, Transfers, Skola bla Kontinwità

26, 27 u 28 ta’ Novembru Is-Seminarju Rabat

St Elias Santa Venera

St Michael’s Santa Venera

Każijiet Umanitarji Gravi:

Tfal minn Djar tal-Knisja,

Aħwa, Impjegati, Transfers,

Skola bla Kontinwità

Iċemplu għal appuntament fid-

19, 20 u 21 ta’ Novembru

Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija

Tel: 277 900 77

Każijiet Umanitarji Gravi:

Applikanti Oħra

Iċemplu għal appuntament fit-

28, 29 u 30 ta’ Jannar

Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija

Tel: 277 900 77

Applikanti Oħra

Kinder 1

Twieldu fis-sena 2010

18, 19 u 21 ta’ Frar Is-Seminarju Rabat

St Angela, Msida u Żabbar

St Francis Msida

Theresa Nuzzo Ħamrun

Applikanti Oħra

Kinder 2

Twieldu fis-sena 2009

6, 7 u 15 ta’ Frar Kulleġġ Missjunarju San Pawl Rabat

St Angela, Msida u Żabbar

St Joseph Blata l-Bajda

Stella Maris/St Aloysius Jr  Balzan

Theresa Nuzzo Ħamrun

Applikanti Oħra

Year 1

Twieldu fis-sena 2008

5, 6 u 14 ta’ Frar De La Salle Birgu

Is-Seminarju Rabat

St Albert Valletta

St Aloysius B’Kara

St Elias Santa Venera

Applikanti Oħra

Year 4

Twieldu fis-sena 2005

24, 25 u 31 ta’ Jannar Kulleġġ Missjunarju San Pawl Rabat

St Augustine Pieta`

St Michael’s Santa Venera

Applikanti Oħra

Form 1

Twieldu fis-sena 2002

21, 22 u 28 ta’ Jannar Kulleġġ Missjunarju San Pawl Rabat

St Albert Valletta

St Augustine Pieta`

St Michael’s Santa Venera

Stella Maris Gżira

Aktar dettalji jinkisbu mir-Regolamenti li jinsabu fis-sezzjoni: www.maltadiocese.org/lang/mt/church-schools