It-Tnejn

It-Tlieta

5.05 a.m. L-Arċisqof jirritorna minn pellegrinaġġ f’Lourdes.

4.00 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq RTK.

6.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi Quddiesa konċelebrata li fiha Patri Richard Grech OFM, jinħatar kappillan ġdid tal-parroċċa Sacro Cuor, tas-Sliema.

L-Erbgħa

8.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jbierek l-oqbra tal-Kavallieri, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

Il-Ħamis

10.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-Jum Nazzjonali tal-Vitorja fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

Il-Ġimgħa

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ fil-Kurja mal-kleru tal-parroċċa ta’ San Pawl tal-Belt dwar il-ħatra ta’ Arċipriet ġdid.

5.30 p.m. L-Arċipriet jiltaqa’ fir-residenza tiegħu, mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali tal-Parroċċa ta’ San Pawl, il-Belt dwar il-ħatra ta’ Arċipriet ġdid.

8.00 p.m. L-Arċisqof jattendi għaċ-ċelebrazzjoni tad-90 anniversarju mill-bidu tal-Leġjun ta’ Marija li se ssir fil-Knisja Parrokkjali tar-Rabat.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal Kunsill Presbiterali u Kunsill Pastorali Djoċesan, fil-Kurja.

8.00 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa fil-Konferenza Internazzjonali HandyCup 2011 li se ssir fl-Iskola Primarja ta’ Marsaxlokk.

Il-Ħadd

11.00 a.m. L-Arċisqof iżur lill-Każini tal-Baned u jbierek lill-parteċipanti fil-Pellegrinaġġ tar-Roti, Ħaż-Żabbar.