Nhar l-Erbgħa 3 ta’ Lulju 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jordna disa’ saċerdoti ġodda (tlieta djoċesani u sitta reliġjużi) fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-funzjoni tibda fis-6.30 ta’ filgħaxija. Dawk li ser jiġu ordnati saċerdoti huma:
Rev. Glen Attard O.Carm.
Rev. Stephen Borg O.F.M. Conv.
Rev. Bernard Falzon M.S.S.P.
Rev. Leonard Mintoff mill-parroċċa ta’ Santa Elena, Birkirkara
Rev. Charlon Muscat mill-parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta
Rev. Josef Pace O.F.M. Conv.
Rev. Terence Spiteri O.S.A.
Rev. Christopher Vella S.J.
Rev. Reuben Vella mill-parroċċa ta’ Santa Katarina, Żurrieq
Kulħadd huwa mistieden biex jattendi u jitlob għall-qdusija tas-saċerdoti, speċjalment għal dawk li ser jiġu ordnati nhar l-Erbgħa.