Nhar il-Erbgħa 3 ta’ Lulju, 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jordna disa’ saċerdoti ġodda (Tlieta djoċesani u sitta reliġjużi) fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt. Il-funzjoni tibda fis-6.30 ta’ filgħaxija.
Dawk li se jiġu ordnati saċerdoti huma:
• Glen Attard O.Carm.
• Stephen Borg O.F.M. Conv.
• Bernard Falzon M.S.S.P.
• Leonard Mintoff mill-parroċċa ta’ Santa Elena, Birkirkara.
• Charlon Muscat mill-parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta
• Josef Pace O.F.M. Conv.
• Terence Spiteri O.S.A.
• Christopher Vella S.J.
• Reuben Vella mill-parroċċa ta’ Santa Katarina, Żurrieq.
Kulħadd huwa mistieden biex jattendi u jitlob għall-qdusija tas-saċerdoti, speċjalment għal dawk li se jiġu ordnati nhar l-Erbgħa li ġej.