Proġett Impenn, li hi t-task force tal-Kummissjoni Djoċesana Familja għal ħidma favur żwieġ b’saħħtu, nhar il-Ġimgħa, 21 ta’ Ottubru li ġej, fis-6.30 p.m., fil-lukanda Phoenicia, Floriana, sa torganizza konferenza nazzjonali, bit-tema: Divorce Legislation – The Aftermath. Ikun henn ħin għal mistoqsijiet/interventi qosra. Jagħlaq Mons. Arċisqof. Dil-Konferenza qed issir biex tfakkar l-Anniversarju taċ-Charter tad-Drittijiet tal-Familja.
David Quinn hu ġurnalist Irlandiż, u kummentatur fuq il-media dwar affarijiet reliġjużi u soċjali. Għal aktar minn sitt (6) snin hu kien l-editur tal-Irish Catholic, Gażżetta ta’ darba fil-Ġimgħa. Kiteb ukoll f’paġni ta’ opinjoni fuq ġurnali bħal ‘The Sunday Times’, ‘The Sunday Business Post’ U L-‘Irish Daily Mail’. Quinn ikkontribwixxa wkoll għal publikazzjonijiet bħal ‘First Things’, ‘The Human Life Review’ u l-‘Wall Street Journal’. Bħalissa qed jikteb kull ġimgħa fl-‘Irish Independent’ u f’’The Irish Catholic’. Jieħu sehem regolari fi programmi tar-radju u televiżjoni Irlandiżi, dwar affarijiet kurrenti. F’Jannar 2007 waqqaf l-Iona Institute, aġenzija li tippromovi ż-żwieġ b’saħħtu u r-reliġjon fis-soċjeta’. Fl-2006 kien ħa sehem f’dibattitu ma’ l-Ateju Richard Dawkins, dwar il-ktieb famuż ta’ Dawkins: ‘The God Delusion’.