“Bla dubju kien ikun aħjar għal Malta kienu tgħallmet mill-iżbalji tad-dinja moderna qabel ma għaġlet biex tingħaqad magħha.”
Hekk ikkummenta l-editur maniġerjali ta’ First Things, Meghan Duke, dwar ir-referendum li sar ħmistax ilu u li għamilha possibbli li d-divorzju issa jibda jagħmel parti mil-leġislazzjoni ta’ pajjiżna.
First Things hu ġurnal online ippubbikat fl-Istati Uniti minn The Institute on Religion and Public Life. Dan hu Istitut ta’ riċerka u edukazzjoni inter-reliġjuża, li għandu l-għan li jġib ’il quddiem filosofija pubblika ffurmata fuq ir-reliġjon biex iseħħ aktar ordni fis-soċjetà.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com