Il-Papa Benedittu XVI ħabbar it-twaqqif ta’ djoċesi ġdida għall-pajjiż Afrikan tal-Malawi. Hekk it-total ta’ djoċesijiet fil-pajjiż jammonta għal tmienja.
Id-djoċesi l-ġdida ta’ Karonga tieħu t-territorju mid-djoċesi ta’ Mzuzu. L-ewwel Isqof huwa Martin Anwel Mtumbuka mill-kleru ta’ Mzuzu. Huwa għandu 52 sena u kien qed jaħdem bħala viċi kanċillier fl-Universita Kattolika ta’ Malawi. Huwa kien ordnat saċerdot fil-31 ta’ Lulju fl-1988. Minbarra x-xogħol bħala Vigarju tal-katidral, huwa serva wkoll f’seminarji minuri djoċesani.
Id-djoċesi l-ġdida tkopri 14,000 kilometru kwadru, b’popolazzjoni ta’ 400,000 persuna, li jinkludu madwar 61,000 kattoliku. Malawi hu ftit iżgħar mill-Istat Amerikan ta’ Pennsylvania. Id-djoċesi ta’ Karonga għandha ħames parroċċi u l-fidili jingħataw servizz minn disa’ saċerdoti djoċesani, sitt reliġjużi rġiel u erbgħin nisa, 5 frajiet u 38 katekist.
Malawi għandha popolazzjoni totali ta’ 15.4 miljun persuna, 80% minnhom kattoliċi.
KARONGA, Malawi,(Zenit.org)