-
-
***
Direttur: Gary Shore
Atturi: Luke Evans, Sarah Gadon, Dominic Cooper
Ħin: 92 minutiKlassifika taċ-Ċensura: 15
Klassifika tal-Knisja: 15Fil-15 il-seklu, it-tfajjel Vlad Dracula, prinċep ta’ Transylvania, jittieħed ostaġġ mit-Turki tal-Imperu Ottoman u jiġi mħarreġ minnhom bħala suldat. Xi għoxrin sena wara, issa adult, Dracula jerġa jinsab fost il-poplu tiegħu li jinsabu f’paċi fraġli mat-Turki li xorta waħda għadhom perikolużi. Darba waħda Dracula flimkien ma xi wħud minn nies tiegħu jmur f’għar ġo muntanja biex jara jekk hux veru hemm vampir magħruf. Meta s-Sultan il-ġdid tat-Turki, Meħmed II, li kien ħabib/għadu ta’ Dracula meta kienu għadhom żgħar, jitlob lil Dracula biex jibgħatlu elf żgħażugħ minn Transylvania, fosthom lil ibnu Ingeras stess, bħala rekluti għall-armata tiegħu, Dracula li jkun xeba’ mill-gwerer, ma jarax għażla oħra ħlief li jiċħad it-talba tas-Sultan. Issa Dracula għaraf li Meħmed se jattakka lill-armata żgħira u mhix armata tat-Transylvania li mhix kapaċi tieqaf lill-armata kbira tat-Torok. Għalhekk Dracula jmur ifittex lil vampir fl-għar biex jara x’għajnuna jista’ jtieħ u dak jgħid lil Dracula biex jixrob demmhu u għal tlett ijiem ikollu saħħa ta’ għaxart irġiel kif ukoll għatx kbir għad-demm uman. Jekk Dracula jċedi għal dik it-tentazzjoni u jixrob id-demm uman huwa jibqa’ vampir għal dejjem. Jekk jirreżisti, fi sbieħ it-tielet jum is-saħta tispiċċa. Bis-saħħa ġdida li jakkwista Dracula jattakka bl-aħrax lit-Turki filwaqt li jagħti jixorbu minn demmu lil dawk ta’ madwaru u jagħmilhom vampiri bħalu. Film drammatiku dwar l-oriġini ta’ Dracula. Il-film jipprova juri lil Dracula bħala bniedem li jdur għal affarijiet koroħ b’intenzjoni tajba. Huwa film spettakulari iżda li ma jgħid xejn ġdid u li ma tantx jiġġenera interess. Minħabba t-tema li jittratta, xi xeni ta’ ġlied qawwi u xena skabruża dan il-film jgħodd għal dawk ‘l fuq minn 15 il-sena.