Tħabbret il-mewt tal-kappillan tal-parroċċa tal-Imqabba, Dun Nazzareno Caruana, li ħalla din id-dinja għall-ħajja ta’ dejjem, nhar it-Tnejn 9 ta’ Lulju 2012,  fl-età ta’ 65 sena. Il-funeral tiegħu se jsir nhar il-Ħamis 12 ta’ Lulju.

DETTALJI TAL-FUNERAL:

11:30am: Il-korteo jitlaq mill-Isptar Mater Dei

12:00pm: Jitqiegħed għall-qima tal-pubbliku fil-kappella ta’ San Mikiel fl-Imqabba

2:00pm: Il-korteo jħalli l-kappella ta’ San Mikiel għall-knisja parrokkjali

2:30pm: Issir ċelebrazzjoni tal-quddiesa presente cadavere b’suffraġju għal ruħu

4:00pm: Il-korteo jħalli l-parroċċa tal-Imqabba għall-parroċċa tal-Mellieħa

5:00pm-5:45pm: Korteo funebri għall-Knisja parrokkjali

5:45pm: Isir it-talb tal-għasar u wara ssir id-difna fiċ-ċimiterju tal-Mellieħa.

Niftakru fih fit-talb tagħna.