-
-
Waqt is-60 siegħa tal-maratona Oħloq Tbissima nġabret is-somma ta’ €186,361 b’risq is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP).
Hekk kif il-15-il edizzjoni tal-maratona Oħloq Tbissima ġiet fi tmiemha, Fr. Louis Mallia rringrazzja lil voluntiera kollha li b’xi mod jew ieħor taw sehemhom, hekk kif enfasizza li l-kontribut ta’ kull min ta’ sehmu għandu valur kbir. Fr. Louis fakkar li flimkien ma’ din is-somma hemm ukoll kontejner mimli affarijiet li fi ftit jiem oħra se jaqbad trieqtu lejn il-Perù.
Is-sittin siegħa kienu mimlija attività. Il-pubbliku pparteċipa f’quddies, rużarju u mumenti oħra ta’ talb. Segwa wkoll filmati li wrew il-bżonnijiet kbar li hemm u kemm qed isir ġid b’din il-ħidma missjunarja.
Kull min jixtieq jagħti d-donazzjoni tiegħu jista’ jagħmel dan billi jċempel fuq:
€10 51602004
€15 51702007
€25 51802009
SMS €4.66 50618099
Pledge Line: 21 445544
Jew donazzjoni online fuq: www.ohloqtbissima.com
-
-
Ritratti: Oħloq Tbissima