L-Erbgħa April 18 – il-ħames edizzjoni tal-Forum taż-Żgħażagħ se jittella’ ġewwa Dar l-Ewropa, bejn 7pm u 9pm. Permezz tat-tema, Edukazzjoni>Integrazzjoni, il-Forum se jiddiskuti bidliet konkreti fis-sistema edukattiva biex titkattar l-integrazzjoni soċjali.
Il-Forum iġib flimkien żgħażagħ b’ispirazzjoni nisranija minn għalqa wiesa’ ta’ dixxiplini. Fi djalogu ma’ persuni responsabbli mill-politika nazzjonali, huma se jwasslu ideat ġodda dwar kif tista’ tintlaħaq aktar integrazzjoni soċjali permezz tal-proċess edukattiv.
Il-Forum taż-Żgħażagħ huwa djalogu annwali dwar kwistjonijiet soċjali importanti. Edizzjonijiet preċedenti ddiskutew fost l-oħrajn il-faqar f’malta u l-impatt tas-‘social media’.
Id-diskussjoni ta’ sagħtejn se twassal għal dokument armonjuż, li aktar tard jiġi ppreżentat lill-mexxeja ekkleżjastiċi u ċivili. Edukazzjoni>Integrazzjoni huwa kkordinat minn ŻHN u KDŻ. Aktar dettalji fuq http://kdz.org.mt/educationintegration.html