Fr. Federico Lombardi reiterated to a packed Vatican Press Office that it was a decision that the Holy Father matured over time, particularly following his trip last year to Mexico and Cuba, when he realised the physical toll of such trans-Atlantic journeys, which are part and parcel of the Pope’s ministry. What’s important now, he said, is that we enjoy the last great events of this pontificate.
Patri Federico Lombari, Direttur tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan tenna mal-media kollha li d-deċiżjoni tal-Papa immaturat maż-żmien, partikolarment wara l-vjaġġ li għamel fil-Messiku u Kuba, fejn irrealiżża l-istamina meħtieġa għal tali vjaġġi trans-Atlantiċi, li huma parti mill-ministeru papali. “Li hu importanti issa huwa li ngawdu l-iktar attivitajiet importanti li baqagħlu jmexxi l-Papa”, temm jgħid Lombardi.
Il-ġiżwita fakkar lill-ġurnalisti li l-attivitajiet li fadallu jippresiedi Benedittu XVI jinkludu żewġ udjenzi ġenerali ta’ nhar t’Erbgħa, iċ-ċelebrazzjoni tal-Erbgħa tal-Irmied illejla – dis-sena fil-Bażilika ta’ San Pietru, il-laqgħa t’għada mas-saċerdoti f’Ruma, l-Angelus tal-Ħadd, il-laqgħa tal-Papa mal-Isqfijiet tal-Italja fiż-żjarat ad limina u anki żewġ udjenzi privati ma’ Kapijiet tal-Istat tar-Rumanija u tal-Gwatemala.
Lombardi aċċenna wkoll għall-fatt li ċ-ċelebrazzjoni tal-lejla dis-sena se ssir fil-Bażilika San Pietru biex toffri iktar spazju biex ħafna iżjed nies ikunu jistgħu jieħdu sehem. Qal ukoll li l-laqgħa tal-Papa mas-saċerdoti għada għandha tiffoka fuq memorji personali tal-Papa u esperjenzi tiegħu marbuta mal-Konċilju Vatikan II.