-
-
Il‑Ħadd 11 ta’ Settembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa tal‑Madonna tal‑Grazzja, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħaż Żabbar.
Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar10 ta’ Settembru 2016Għeżież Personalitajiet distinti, għeżież Żabbarin,jiena nirringrazzjahom bil-qalb tal-ħidma tagħhom u aħna lkoll nirringrazzjawkom f’isem Sidtna Marija u Binha Ġesu. Nirringrazzja ħafna lill-personalitajiet distinti li għoġobhom jiġu biex jiċċelebraw magħna, insellem lilek Onorevoli Ministru Dalli, Onorevolu Ministru Mizzi, is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo, kif ukoll is-Sindku. Jiena napprezza ħafna dejjem il-preżenza tagħkom, jiena nirringrazzjakom meta narakom, għaliex mhux biss il-preżenza tagħkom hija rikkonoxximent tal-komunità Nisranija, imma wkoll hija ta’ inkoraġġament u aħna nixtiequ wkoll ninkoraġġukom. Nirringrazzjakom ilkoll kemm intom ta’ dak kollu li tagħmlu għall-pajjiżna.Jiena nixtieq nawgura liż-Żabbarin mill-qalb: festa verament sabiħa, issa waslet fil-konklużjoni tagħha billi llejla jkun hawn il-purċissjoni solenni b’din l-istatwa għażiża tal-Madonna tal-Grazzja. Kif qal l-Arċipriet, aħna nagħmlu festa sabiħa jekk kull sena nippruvaw nimitaw iżjed lill-Madonna. Il-kelma tagħha kienet: “agħmlu dak li jgħidilkom Ġesù” (Ġw 2, 5). Kelma mhux faċli, iżjed ma nippruvaw f’din is-Sena tal-Ħniena, iżjed ikollna l-paċi fil-qalb u nimtlew bħalha kif iridna l-Mulej. Nirringrazzjakom u jiena ningħaqad mal-għajta tagħkom: Viva l-Madonna tal-Grazzja.✠ Charles J. SciclunaArċisqof ta’ Malta
-
-
Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja, Raymond Gialanze