Nhar il-Ġimgħa l-1 ta’ Marzu 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa li fiha erba’ seminaristi talbu lill-Knisja sabiex tilqagħhom uffiċjalment bħala kandidati għall-Ordni tad-Djaknonat u tal-Presbiterat. Din iċ-ċelebrazzjoni saret fil-Knisja Arċipretali ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi, fis-6.30 p.m.
L-erba’ seminaristi, li bħalissa jinsabu fil-ħames sena tal-formazzjoni, huma Carlo Calleja mill-Parroċċa ta’ Stella Maris, tas-Sliema, Christopher Ellul mill-Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid, Andrew Schembri mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ Martri, Ħal Qormi u Mark Joseph Zammit mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien.
Ejjew inkomplu nitolbu għal dawn l-erba’ kandidati ġodda, pass ieħor għas-sejħa li Alla għoġbu jagħtihom.
Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]