• Nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Lulju 2015, Festa ta’ San Tumas Appostlu, l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. ordna erba’ saċerdoti ġodda (tlieta djoċesani u wieħed reliġjuż) waqt Quddiesa li saret fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. 
    L-erba’ saċerdoti l-ġodda huma:
    Fr Carlo Calleja mill-Parroċċa ta’ Stella Maris, Tas-Sliema,
    Fr Christopher Ellul mill-Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid,
    Fr Bertrand Vella OFM Cap, 
    Fr Mark Joseph Zammit mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien.
    Kulħadd huwa mistieden biex jitlob għall-qdusija tas-saċerdoti, speċjalment għal dawn li ġew ordnati nhar il-Ġimgħa li għaddiet.
  • Ritratti: Photocity, Valletta.
    www.photocitymalta.com