Il-ġrieħi u l-qasmiet fi ħdan il-Knisja Kattolika fl-Irlanda, skont il-Kardinal Diarmuid Martin ta’ Dublin, jikkostitwixxu l-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali, li se jsir f’Dublin f’Ġunju li ġej, bħala moment importanti ta’ tiġdid, fejqan u rikonċiljazzjoni.
Il-Kardinal kien qed jitkellem f’konferenza tal-aħbarijiet fi sfond ta’ appelli kontinwi biex jirriżenja l-primat tal-Knisja Kattolika Irlandiża, il-Kardinal Sean Brady ta’ Armagh wara allegazzjonijiet li m’għamilx biżżejjed biex irażżan saċerdot li ngħad li kien qed iwettaq abbużi fis-sebgħinijiet.
Il-konferenza tal-aħbarijiet dwar il-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali skedata għall-10-17 ta’ Ġunju, waslet ukoll fost għajdut li l-Kongregazzjoni tal-Vatikan għad-Duttrina tal-Fidi ċċensurat riċentament ħames saċerdoti Irlandiżi wara li apperentement ħadu pożizzjoni dwar kwistjonijiet bħall-ordinazzjoni saċerdotali tan-nisa, il-kontroll artifiċjali tat-twelid, iċ-ċelibat mandatorju għall-kjeriċi u l-omosesswalita.
L-Arċisqof Martin qal li l-Kungress Ewkaristiku għandu jservi “biex issir riflessjoni bil-Knisja Irlandiża quddiem għajnejn kulħadd – Knisja li ġarrbet u ffaċjat sfidi kbar, pero Knisja li hi ħajja u vitali, kif ukoll Knisja li anzjuża tħares lejn tiġdid. Hi Knisja li bħalissa fiha qasmiet fi ħdanha stess u nemmen li dan il-Kungress jista’ jkun moment ta’ rikonċiljazzjoni u ċans biex tinbena mill-ġdid l-għaqda meħtieġa”.