• ***

    Direttur: Alex Garland

    Atturi: Domnhall Gleeson, Alicia Vikander, Oscar Isaac

    Ħin: 108 minuti

    Klassifika taċ-Ċensura: 15

    Klassifika tal-Knisja: 18

    Caleb jaħdem ma’ Bluebook, kumpanija kbira tas-software tal-kumpjuters. Huwa ftit stramb imma għandu ħila kbira fil-kumpjuters, u jirnexxielu jirbaħ kompetizzjoni bejn il-ħaddiema biex imur iqatta’ ġimgħa waħdu mal-fundatur tal-kumpanija, bniedem rekluż jismu Nathan li jgħix ġo fortizza enormi fuq gżira fl-Iskandinavja; l-unika persuna oħra li tgħix miegħu huwa Kyoko, chef tas-sushi u li hija muta. Nathan jintroduċi lil Caleb ma Ava, robot mara li ivvintha hu u li taħsibha umana. Nathan jgħid lil Caleb li  x-xogħol tiegħu huwa li jintervista lil Ava u jara jekk jilmaħx xi ħaġa artifiċjali fl-intelliġenza tagħha. Id-dawl jibda jinqata’ b’mod stramb u Caleb jibda jħoss li qiegħed il-ħin kollu jiġi mgħasses. Ava tgħid lil Caleb biex ma’ jafdax lil Nathan. Hi tixtieq li taħrab mill-kompless fejn tinsab u tgħid lil Caleb biex jgħinha imma jinqalgħu intoppi.

    Film thriller u fanta-xjenza dwar l-intelliġenza artifiċjali u l-identita’. Film mimli idejat li jħaddmu l-moħħ ta’ min ikun qed jarah. L-atturi jaħdmu l-parti tagħhom b’mod tajjeb. Fih xeni ta’ vjolenza, nudita’ u kliem ħażin. Jgħodd għal udjenza adulta.