Facebook

Is-sit internet Facebook riċentament kien penalizzat talli ppermetta li jintefa fuqu ritratt offensiv ta’ Isqof Franċiż li lanqas biss hu membru msieħeb ta’ Facebook.

Il-Konferenza episkopali Franċiża qalet fuq is-sit tagħha tal-internet li “mit-23 ta’ Frar, l-Isqof Herve Giraud, assista għal ritratt tiegħu fuq il-Facebook fuq l-intenet, liema ritratt kien akkumpanjat minn kliem indiċenti”. Ikkonfermat li lanqas ma biss ma hu membru ta’ dan is-sit. Żiedet li minkejja li rrappurtat “il-kontenut illeċitu”, ir-ritratt xorta baqa’ hemm. Dan wassal biex il-każ ittieħed mill-Isqof quddiem il-Qorti Għolja tal-Appelli f’Pariġi f’Marzu li għadda, bis-smigħ propja isir fit-13 t’April.

L-Isqof Giraud qal li fis-smigħ “sar attentat ċar biex tiġi difiża l-liberta tal-espressjoni kontra l-eċċessi li jdgħajfuha”. Ikkjarifika wkoll li “din il-liberta għandha tkun b’pass parallel mal-fraternita tal-espressjoni, irrispettivament mid-differenzi fl-ideat”.

Il-Konferenza Episkopali irrappurtat li l-Qorti tal-Appelli ordnat it-tneħħija tar-ritratt u l-kummenti insolenti li kienu jakkumpanjawh u tat sentenza kontra l-intrapriża Franċiża Facebook. Is-sentenza tinkludi multa. Facebook għandha ħmistax-il ġurnata żans tappella mid-deċiżjoni tal-Qorti.