• ****

    Direttur: Josh Trank

    Atturi: Miles Teller, Michael B. Jordon, Kate Mara, Jamie Bell, Toby Kebbell, Reg E. Cathey u  Tim Blake Nelson

    Ħin tal-Film: 99 min

    Klassifika taċ-Ċensura: 12A

    Klassifika tal-Knisja: 12A

    Reed Richards minn eta’ żgħira kien ġa beda jesplora l-univers. Meta jikber dak li kien joħlom bih wettqu fir-realta’. Bena magna li kellha l-kapaċita’ li tesporta n-nies għal dinja oħra. Dan jagħmlu wara li l-invenzjoni tiegħu  tiġi aċċettata. Kienet għada bilkemm ġiet approvata li Reed xtaq ħafna li jkun hu li jiġi ttrasportat lejn dinja oħra. Dan jagħmlu wara li jipperswadi lil Johnny Storm, ħu Susan, Ben Grimm u  Victor von Doom biex jidħlu fil-magna u bl-għajnuna ta’ Susan Strom, li kienet fuq il-console, jittrasportaw rwieħhom lejn dinja oħra, dinja li kellha tbiddlilhom ħajjithom. Reed jinbidel b’ġisem li jkun kapaċi jtawwal partijiet ta’ ġismu kif ried, b’saħħa fenominali; Johnny Storm jinbidel, meta jkun irid, f’ballun tan-nar waqt li jkun jista’ jtir b’veloċita’ kbira; Ben Grimm jinbidel b’ġisem mdawwar b’ġebel kbir, b’saħħa enormi li jkisser u jfarrak dak kollu li jiġi quddiemu. Sfortunatament, Victor ikun l-uniku wieħed li ma jirritornax lejn id-dinja. Wara nsiru nafu,  li kien inbidel għal kollox li kien lest li anke jeħodha kontra sħabu meta dan   instab ħaj fuq il-pjaneta stramba.  Victor jinbidel  f ’Nagative Zone. Dr. Franklin Storm, missier Johnny u missier addottiv ta’ Sue għen finanzjarjament għax kien jemmen li seta’ kien ta’ benefiċċju għal-umanita’. Iżda l-militar kellhu pjanijiet oħra. X’jiġri hekk kif it-tliet żgħażagħ, flimkien ma’ Sue,  isibu rwieħhom f’qagħda tassew diffiċli. Mhux biss kellhom jiġu wiċ imbwiċċ mal-pjan perikoluż tal-militar,  iżda wkoll jaraw kif sejrin jittrattaw ma’ Victor, issa li  deher li ma kienx lest li jaħdem id f’id  magħhom.

    Film Amerikan, msejjes fuq it-tim ta’ super-eroj li nsibu fil-Komiks Marvel, hu t-tielet wieħed li nħadem f’dawn l-aħħar snin.  Taħt id-direzzjoni ta’ Josh Trank, ilaqqagħna ma’ erba’ żgħażagħ u oħt wieħed minnhom, li b’ħila kbira, jesploraw dinja ġdida b’riżultat li tbiddilhom għal kollox f’bnedmin b’kapaċitajiet kbar. Minħabba xi xeni ta’ biża’ li jistgħu jimpressjonaw lit-tfal, ikun tajjeb li dawn ikunu akkompanjati minn xi adult.