Il-Papa Benedittu XVI, matul dan ix-xahar t’April, qiegħed jitlob għal żjieda fil-vokazzjonijiet saċerdotali u għall-ħajja reliġjuża.
L-Appostolatura ta’ talb, bħal kull xahar, ħabbret l-intenzjoni ġenerali u dik missjunarja tat-talb tal-Papa għal April.
L-intenzjoni ġenerali tiegħu dax-xahar hi sabiex “iż-żgħażagħ jisimgħu s-sejħa ta’ Kristu u jimxu warajh fil-ħajja saċerdotali u reliġjuża”.
L-intenzjoni missjunarja tal-Papa dax-xahar hija “sabiex Kristu rebbieħ fuq il-mewt ikun sinjal ta’ tama għall-poplu tal-kontinent Afrikan”.