F’dawn il-jiem, voluntiera Maltin, membri tal-Mission Fund, qed iwettqu proġett ta’ bini fi sptar fit-Tanzanija mmexxi mit-tabiba Maltija, Sr Maria Borda MMM, reliġjuża fi ħdan il-Kongregazzjoni Medical Missionaries of Mary.

F’kummenti lil IL-ĠENSILLUM online, Fr Marċellino Micallef OFM, Direttur Spiritwali tal-Mission Fund u li bħalissa jinsab it-Tanzanija, fisser li l-binja li qed tittellgħa fl-Isptar Makiungu “qed issir realtà bl-għajnuna ġeneruza tal-poplu Malti u Għawdxi”.

Il-Mission Fund hija spalla għal madwar 700 missjunarju Malti u Għawdxi mferrxin f’aktar minn 40 pajjiż fid-dinja kollha. Barra li hija ta’ sostenn finanzjarju għalihom kollha, il-Mission Fund ta’ kull sena twettaq proġett ta’ bini, bħal skejjel, djar, bio-gas plant, fish farm u oħrajn. Fis-snin li għaddew twettqu proġetti simili fil-Kenja, fil-Gwatemala, fl-Alġerija, f’Tuneż, fit-Tanzanija u fil-Perù.

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com