Matul din il-ġimgħa l-anzjani fir-Residenza San Vinċenz De Paul iċċelebraw għeluq il-mitt sena mill-bini tal-Knisja ddedikata lill-Qalb ta’ Ġesu`. Għal din l-okkażjoni speċjali, tħejja programm ta’ ċelebrazzjonijiet li kienu mqassma matul il-ġimgħa. Il-programm tal-festa inkluda kemm attivitajiet fil-kappella kif ukoll festi esterni.
Fost oħrjan l-anzjani jattendew għal diversi attivitajiet reliġjużi u għall-marċ tradizzjonali tal-festa li akkumpanja l-vara tal-Qalb ta’ Ġesu` fis-swali kollha fir-Residenza. L-attivitajiet esterni inkludew programmi mużikali varjati bħal Għana, Parata mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta, u wkoll kunċert imtella’ fil-ħaddiema tar-Residenza. Il-programm inkuda wkoll numru ta’ attivitajiet b’tema Maltija kif ukoll produzzjonijiet teatrali.
Il-Festa se tiġi fi tmiemha llejla permezz ta’ quddiesa ċċelebrata mill-E.T. Arċisqof Emeritus Gużeppi Mercieca, bis-sehem tal-Kor Notre Dame tal-parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar. Il-Banda tar-Residenza San Vinċenz De Paul se takkumpanja l-purċissjoni bil-vara tal-Qalb ta’ Ġesu.
Sors/Ritratt: DOI