-
Festa ta’ Maħfra lejlet il-festa tad-Duluri
-
Il-Ħamis 10 ta’ April 2014, lejlet il-festa tad-Duluri, il-Knisja f’Malta qed terġa torganizza Festa ta’ Maħfra. Din l-attività saret għall-ewwel darba fuq livell Djoċesan fit-28 ta’ Marzu li għadda, festa ta’ Kristu Redentur. Dan wara li l-Papa Franġisku stieden lill-Insara kollha jipparteċipaw f’inizjattiva simili li saret fil-Bażilika ta’ San Pietru u f’diversi knejjes f’Ruma.
Il-Knejjes li ser ikunu miftuħin għall-qrar l-Ħamis 10 ta’ April huma:
Birkirkara (Santa Marija) bejn is-6.30pm u d-9.30pm
Ħad-Dingli mis-6pm sat-8pm
Ħamrun (Kunċizzjoni) mis-7pm ‘l quddiem
Ħal-Lija mis-5.45pm ‘il quddiem
Marsaxlokk mis-7pm ‘l quddiem
Il-Mellieħa bejn il-5pm u l-10 pm
Naxxar, Santwarju Gesu Hniena Divina, Quddiesa fit-8pm u wara adorazzjoni u qrar
Paola Kristu Re bejn is7pm u l-10 pm
Pembroke mit-8pm sa nofsillejl
Is-Siġġiewi mis-6.30pm ‘il quddiem
Is-Swatar mis-6pm ‘il quddiem
Ħal Tarxien bejn is-6pm u 7 pm
Ħaż-Żebbuġ mis-7pm ‘il quddiem
Iż-Żurrieq mill-5.30pm ‘il quddiem
L-Isqfijiet iħeġġu lill-Insara biex jipparteċipaw u jistiednu lil xi ħadd magħhom biex jieħu sehem f’din il-Festa ta’ Maħfra. Hija okkażjoni biex dawk li jħossuhom imbegħdin jersqu lejn Alla.