World-cup-2010-logo

Ġiżwita ta’ 65 sena wissa kontra l-logħob tal-flus marbut mal-logħob tat-Tazza tad-Dinja li beda fil-11 ta’ Ġunju fl-Afrika t’Isfel.

“Il-logħob tal-azzard mhux tajjeb fih innifsu”, qal Fr Robert Ng Chi-Fun, li jgħallem it-teoloġija morali fil-Kulleġġ tas-Seminarju ddedikat lill-Ispirtu s-Santu.

Żied li l-logħob tal-azzard fuq il-logħob tal-ballun jista’ jwassal għall-qerq.

Ħaddiema fiċ-ċentru tal-couselling tal-Caritas kienu wkoll irrappurtati mill-Aġenzija tal-aħbarijiet UCA tal-Knisja fl-Asja li urew tħassib dwar l-imħatri. Id-Direttur taċ-Ċentru tal-Counselling għall-vittmi tal-logħob tal-azzard fi ħdan il-Caritas, Joe Tang, qal li l-imħatri dejjem kienu katalisti ta’ logħob tal-azzard. Matul l-logħob tat-Tazza tad-Dinja fl-2006 kienu rreġistrati żidiet fit-talbiet ta’ counselling b’20%. Stħarriġ bejn l-2003 sa dis-sena stess li sar mill-Caritas qal li wera li dawk li jilagħbu għandhom eta li tvarja minn 18 sa 25 sena.

Iċ-Ċentru ma naqasx milli jirrakkomanda iżjedmiżuri ta’ prevenzjoni li jkunu inklużi fil-qafas edukattiv fl-iskejjel, speċjalment f’daż-żmien tal-logħob tat-Tazza tad-Dinja.